u/Il-Kattiv

▲ 14 r/malta

Kurżità

Hawn xi ħadd innotta li xi ħadd qrib ħafna tal-PN qed jaqra l-kitbiet tagħna fuq Reddit? Xi erbat ijiem ilu, xi ħadd kien qed jilmenta dwar il-wajers. Issa qed nara li ħarġu bi proposta fuq il-wajers - li għandhom jitneħħew. Kien hawn taħditiet oħra fuq Reddit li rajthom jissemmew fil-manifest tal-PN eżatt wara li jissemmew hawn. Issa jew kumbinazzjoni, jew mossa intelliġenti ħafna jew xi ħadd qed jaqra l-kummenti hawn u jwassal il-messaġġi.

Jekk it-tielet waħda:

  1. Se titolbu maħfra tal-ħatra ta' Richard Cachia Caruana bħala Ambaxxatur konsulent tal-Prim Ministru wara l-isfiduċja mill-Parlament?
  2. X'se tagħmlu biex il-Malti jingħata l-importanza li jistħoqlu u l-ilsien kolonjali jitneħħa mill-Kostituzzjoni?
  3. Billi ħafna kumpaniji madwar id-dinja bdew ikeċċu lin-nies jew ma jdaħħlux nies ġodda minħabba li jemmnu li l-algoritmi hekk imsejħa intelliġenti jistgħu jagħmlu xogħol tajjeb biżżejjed, kif beħsiebkom tilqgħu għal dinja b'inqas opportunitajiet (l-iktar għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda) u kif beħsiebkom tħarsu lil dawk li tilfu d-dħul jew li se jitilfu d-dħul tagħhom dalwaqt minħabba biċċa algoritmu? Għax l-ekonomija forsi sejra tajjeb bħalissa imma bħall-bqija tad-dinja qiegħdin fuq xifer irdum, sejrin gas down għal isfel. Il-borma diġà qed tbaqbaq. Min ra ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni Amerikani dal-aħħar jiem, ra r-reazzjonijiet tal-istudenti għal xi taħditiet. Ra ukoll ir-reazzjoni tal-istudenti għal Wozniak, l-unika wieħed li fisser AI bħala actual intelligence tal-gradwati. Hawn Malta se tibda tinħass dalwaqt. Kif beħsiebkom tiżguraw ħajja diċenti fil-5 jew fl-10 snin li ġejjin?

Il-mistoqsija tgħodd għal kull partit. Anki għas-Sur Gambin tal-Momentum li nafu li qiegħed hawn magħna. Imma jekk tal-PN qed iħufu hawn, nixtieq tweġiba mingħandhom ukoll.

reddit.com
u/Il-Kattiv — 19 days ago